Budget li jaħseb għal futur sostenibbli – One News

Notifiki

Budget li jaħseb għal futur sostenibbli

Il-budget għas-sena d-dieħla jħaddan il-miri internazzjonali tal-Iżvilupp Sostenibbli tal-elfejn u tletin u n-newtralità mill-karbonju fl-elfejn u ħamsin.

Dan intqal mill-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela u d-Deputat Laburista Miriam Dalli waqt diskussjoni pubblika organizzata mill-MEUSAC.

Il-Ministru Carmelo Abela qal li issa pajjiżna qed iħares lejn ekonomija li tikkonsma inqas riżorsi naturali.

Huwa qal: “U allura jekk nibqgħu għaddejjin b’dawn it-tip ta’ miżuri u nħarsu lejn opportunitajiet li investiment fl-ekonomoija l-ħadra tagħti, allura nfittxu li nħarġu l-ħaddiema biex ikunu preparati għal din il-bidla ċertament li pajjiżna jkun qed jimxi fuq id-direzzjoni t-tajba, kemm mill-aspett kompettitiv u anke l-investiment li qed isir f’pajjiżna, però anke mill-aspett l-ieħor li aħna nħarsu li jkollna pajjiż dejjem aħjar.”

Id-Deputat Laburista Miriam Dalli qalet li dwar dan irid isir pjan ibbażat fuq tliet prinċipji t-tkabbir ekomiku, il-protezzjoni ambjentali u l-qafas soċjali, sabiex ikun hawn impjieġi ta’ kwalita.

Hija stqarret: “Għaliex jekk nibdew nippjanaw mil-lum inkunu nistgħu nattiraw industriji u niċeċ ekonomiċi ġodda qabel pajjiżi oħra. Ifisser ukoll li nkunu nistgħu ngħinu lill-ekonomija Maltija tikber, noħolqu impjiegi ġodda imma fl-istess ħin impjiegi li jkunu ta’ kwalità.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend