Notifiki

Bernard Grech u l-għaqda Repubblika jridu jġibu 50 immigrant f’Malta – Il-PL

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech flimkien mal-għaqda Repubblika, li jifforma parti minnha, qed jappoġġjaw kawża biex jinġiebu f’Malta ħamsin immigrant li hemm fil-Libja u biex jiġi kkundannat il-Gvern Malti u l-Forzi Armati ta’ pajjiżna.

Sostna dan il-Partit Laburista wara li l-għaqda Repubblika fetħet kawża kostituzzjonali kontra l-Prim Ministru Robert Abela, il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri u l-Brigadier tal-Forzi Armati ta’ Malta Jeffrey Curmi biex  jinġiebu f’pajjiżna ħamsin immigrant li f’April li għadda ma tħallewx jidħlu f’pajjiżna minħabba l-imxija tal-Covid-19.

Fir-rikors ippreżentat mil-eks Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, l-Avukat Pawlu Borg Olivier, ġie ddikjarat li Malta kisret id-dritt tal-ħajja tal-immigranti.

F’April illi għadda, Pawlu Borg Olivier, flimkien mal-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ġustizzja Jason Azzopardi, preżentaw kwerela kontra s-suldati tal-Forzi Armati, ol-Prim Ministru u l-Brigadier.

Is-suldati tal-armata spiċċaw taħt investigazzjoni u ġew akkużati bi qtil tal-immigranti. Akkuża li kienet iġorr magħha piena ta’ għomor il-ħabs. L-inkjesta Maġisterjali kienet ikkonkludiet li l-Prim Ministru Robert Abela u l-Brigadier tal-Armata Jeffrey Curmi ma kienu involuti f’ebda omiċidju volontarju ta’ immigranti irregolari.

Dan filwaqt li s-suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta, membri tal-ekwipaġġ tal-patrol boat P52 ma wettqu ebda tentattiv ta’ omiċidju ta’ immigranti. L-inkjesta Maġisterjali ġabet fix-xejn l-allegazzjonijiet ta’ qtil volontarju ta’ immigranti. L-inkjesta kienet ġiet ippubblikata fl-intier tagħha.

Il-Partit Laburista sostna li l-kawża kostituzzjonali li nfetħet kontra l-Gvern Malti, il-Prim Ministru, il-Ministru għall-Intern u l-Brigadier hija tentattiv ieħor ta’ attakk  fuq l-interess ta’ Malta u l-poplu ta’ pajjiżna.

Il-Partit Laburista tenna li l-Kap tal-Oppożizzjoni, li huwa kelliem ewlieni f’attivitajiet tal-istess Repubblika, qed juri li hu kkontrollat minn Jason Azzopardi u dawk li għamluh Kap tal-Partit Nazzjonalista, minflok ma jkun fuq in-naħa tal-Maltin u l-Għawdxin.

Intant fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista ddefenda l-għaqda Repubblika u ma ċaħadx li qed jappoġġja din il-kawża kontra l-interess ta’ Malta.

Ta’ QabelLi Jmiss

4 Comments

  1. Nardu l grieg tghidlu veru miskin.Jason tad daqna w ta limdina ma setawx isibu persuna ahjar minnu. Mhux yes man imma veru pupazz ta lispaga.

  2. Nistaw nkunu nafu min qed ihallas ghall dawn il kawzi.Il poplu malti jew il pn.Min fejn qed igibu l flus?Nistaw nkunu nafu jekk jason kisrx artikolu 33 tal ligi?L AG se jiehu azzjoni fuq lintqal?Jew ghall avukat iva imma ghall dawn lil ifixklu biss iridu le.

  3. Jekk jigu Malta, dawn ghandom jitqasmu bejn il membri tar republika. Forsi jkunu utli ghal zwiegom in nisa u bnietom.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend