Tifel ta’ 9 snin mill-Imġarr jinsab fil-periklu tal-mewt wara li weġġa’ serjament wara li waqa’ madwar tliet sulari minn gallarija ta’ residenza privata.
Il-każ seħħ f’xi sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar meta l-Pulizija kienet infurmata li hemm bżonn l-assistenza f’residenza fi Triq il-Karamelli.
Fuq il-post marru tim mediku biex jassituh u ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. Caroline Farrugia Frendo LL.D li ordnat inkjesta dwar il-każ.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.