Seba’ kandidati għall-Parlament Ewropew tefgħu n-nomina tagħhom f’isem il-Partit Laburista.
Dan sabiex b’hekk jibda l-proċes mill-Kumissjoni Elettorali tal-għadd tal-voti tal-elezzjoni każwali biex jimtela’ l-post ta’ Miriam Dalli.
L-għadd tal-voti se jkun qed isir il-Ħamis 5 ta’ Novembru fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar, bil-proċess tal-għadd se jibda fid-9:30 ta’ filgħodu.
Il-kandidati nominati huma;
- Felix Busuttil Galea
- Josef Caruana
- Cyrus Engerer
- Mary Gauci
- James Grech
- Robert Micallef
- Lorna Vassallo