Trump jew Biden. Wieħed minn dawn il-kandidati fis-sigħat li ġejjin se jkun dikjarat President elett tal-Istati Uniti.
ONE se jkun qed jiddiskuti u janalizza l-elezzjoni Presidenzjali Amerikana permezz ta’ żewġ programmi speċjali.
Illejla, fl-10:00 ta’ filgħaxija fuq ONE se jkun qed jittella’ l-ewwel programm speċjali hekk kif fl-Amerka tkun waslet biex tagħlaq il-votazzjoni.
Għada, l-Erbgħa mis-6:00 ta’ filgħodu ‘l quddiem, din id-diskussjoni se tkompli bl-aħħar aġġornamenti u diskussjonijiet dwar elezzjoni li mhux biss l-Amerika tkun qed issegwi, iżda d-dinja kollha.
Fil-programm t’għada, ONE se jkun qed jgħaddi l-aħħar żviluppi bir-riżultat minn kull stat u jxandar informazzjoni marbuta fejn se tkun qed tmur l-elezzjoni.
Iż-żewġ programmi huma produzzjoni ta’ ONE News u se jkunu ppreżentati minn Edward Montebello u Samuel Lucas.
ONE.com.mt se jkun qed jaġġorna wkoll kontinwament bl-aħħar żviluppi minn din l-elezzjoni.