Kull min għandu 16-il sena, twieled ċittadin tal-Unjoni Ewropea, u għandu d-dmir li jinforma ruħu dwar kif taħdem l-Unjoni Ewropea, kif bdiet, u għalfejn hija relevanti.
Dan kien il-ħsieb tal-ktieb ‘Mas-Siġra tal-Ballut’, li nkiteb mill-MEUSAC u l-kittieb Trevor Zahra għal tfal ta’ bejn il-ħdax u t-tnax-il sena.
Qalet kif, “Din hija l-idea tal-istorja li taqbel ħafna mal-idea u l-motto tal-unjoni ewropea maqgħudin fid-diversità u allura l-istati membri tal-unjoni ewropea kapaċi kemm għandhom karatteristiċi differenti jingħaqdu flimkien u jaħdmu fuq temi komuni għal xulxin.”
It-tnedija tal-ktieb saret waqt attività fejn fiha nqrat silta mill-awtur ste u minn erbat itfal.
L-isem tal-ktieb żvolga minn storja li kienet diġà nkitbet minn Trevor Zahra dwar grupp annimali li jgħixu madwar siġra tal-ballut. Minkejja d-differenzi ta’ bejniethom, dawn jgħixu flimkien u lkoll jgħallmuna lezzjoni kruċjali dwar l-għaqda.
Il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela faħħar il-ħidma tal-MEUSAC u semma kif huwa jqabbel l-Unjoni Ewropea mal-kunċett ta’ familja.
Qal li, “Iva tixbiħa ta’ kif taħdem familja kif taħdem il-familja ewropea tas-27 pajjiż membru flimkien hija tixbiha adegwata għax finalment mbagħad aħna ngħożżu l-preżenza ta’ xulxin bħal tgħożż familja jista jkollna argumenti pero fl-istess ħin mbagħad ħafna drabi mmorru lur għall-familja tagħna.”