F’kitba fuq il-midja soċjali, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo kiteb li l-attakk li seħħ fi Vjenna seħħ fl-inħawi tal-ambaxxata Maltija fi Vjenna.
Hu żied jgħid li l-ħaddiema ġew mitluba jaħdmu mid-dar biex jevitaw kull periklu.
Kienu tliet persuni li tilfu ħajjithom filwaqt li madwar tnax oħra ndarbu fi sparaturi li seħħew viċin iċ-ċentru ta’ Vjenna.
Liema attakk qed jitqies bħala wieħed terroristiku.