Uffiċjali mill-Aġenzija għall-Infurzar Lokali għamlu aktar minn 2,800 spezzjoni marbuta mar-regoli li jitolbu l-ilbies ta’ maskra bil-għan li jkun miġġieled it-tixrid tal-Covid-19.
F’messaġġ fuq Facebook il-LESA kitbet kif dawn l-ispezzjonijiet saru fuq it-trasport pubbliku, fuq il-vapuri tal-Gozo Channel, f’diversi ħwienet kif ukoll fit-toroq.
Intqal ukoll kif riżultat ta’ dawn l-ispezzjonijiet bejn is-26 ta’ Ottubru u l-Ħadd li għadda ngħataw 1,295 ċitazzjoni fejn persuni nstabu li ma kinux lebsin maskra kif mitlub mill-avviżi legali li hemm fis-seħħ.
Il-Kap Eżekuttiv tal-LESA, is-Sur Svetlick Flores, spjega li bħala LESA, anke riżultat tal-preżenza li għandna fil-komunitajiet, ħadu rwol attiv ħafna fejn jidħol infurzar fuq ilbies ta’ maskri.