Raġel ta’ 46 sena li mill-Imqabba weġġa’ gravi wara li waqa’ sular f’ġiebja.
Il-każ seġġ f’xi s-sebgħa u kwart ta’ filgħodu fi Sqaq ir-Ramlija, Ħal Kirkop.
Fuq il-post marru l-membri tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll tim mediku biex jassitu. L-ewwel investigazzjonijiet rriżultaw li r-raġel kien qiegħed jirranġa l-ġiebja u waqa’ minn fuq ċint.
Wara li ttella’, huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.