Numru ta’ persuni midruba wara sparaturi fiċ-ċentru ta’ Vjenna – One News

Notifiki

Numru ta’ persuni midruba wara sparaturi fiċ-ċentru ta’ Vjenna

Numru ta’ persuni ndarbu wara sparaturi fiċ-ċentru ta’ Vjenna.

Mill-ewwel informazzjoni rappurtata mill-midja internazzjonali jidher li seħħ attakk b’armi tan-nar fi triq viċin Sinagoga fiċ-ċentru tal-kapitali Awstrijaka.

Il-Ministeru għall-Intern tal-pajjiż qal li wieħed mill-allegat aggressuri nqatel u ieħor għadu mfittex.

Fi Vjenna bħalissa hemm preżenza qawwija ta’ pulizija u n-nies qed jiġu mitluba jżommu ‘l bogħod mill-post fejn seħħew l-isparaturi.

Intant, fi tweet il-Prim Ministru Robert Abela qal kif jinsab maħsud b’din l-aħbar u kkundanna bil-qawwi l-attakki terroristiċi. Huwa sellem lill-qraba tal-vittmi ta’ dan l-attakk.

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend