Ġiet miċħuda t-talba għal-libertà proviżorja ta’ Salvu Dalli, magħruf bħala d-Danger Man, li qed jiġi akkużat bil-qtil ta’ ibnu, Antoine Dalli ta’ seba’ u tletin sena.
Dalli kien instab bla ħajja b’tir fl-istonku fil-kamra tal-banju fir-residenza ta’ missieru ġewwa Ħal Għaxaq.
L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest abbażi ta’ biża l-akkużat jaf jikkommetti reat ieħor u li jiġu mittiefsa l-provi tal-każ.