Ġie żvelat li l-Prinċep William żamm sigriet għal sitt xhur, il-fatt li kellu l-Covid-19.
Jidher li tant kien affetwat ħażin, li kien qed ibati biex jieħu nifs.
Id-Duka ta’ Cambridge ħa l-virus lura f’April, ftit ġimgħat wara li missieru, il-Prinċep Charles, iżda ddeċieda li ma jħabbarx dan kollu hekk kif beża’ li joħloq allarm.
Kien lura f’April meta William kien iqatta’ l-lockdown f’Norfolk ma’ Kate, il-Prinċep George, il-Prinċipessa Charlotte u l-Prinċep Louis.
Fortunatament hu ma kellux bżonn biex jirċievi trattament mediku fl-isptar iżda żaruh it-tobba tal-Palazz hekk kif is-sintomi li kellu kienu gravi.