Minn tal-inqas żewġ persuni sfaw maqtula filwaqt li ħamsa oħra jinsabu midruba wara attakk fil-belt Kanadiża, Quebec.
Il-pulizija Kanadiża appellaw lin-nies sabiex jibqgħu ġewwa djarhom wara li raġel ta’ madwar 20 sena, liebes kostum medjevali, attakka diversi persuni b’arma li taqta’ s-Sibt filgħaxija.
L-attakk seħħ viċin il-binja tal-Parlament Kanadiż għall-ħabta tal-għaxra u nofs ħin tal-lokal.
Wara li r-raġel ġie arrestat huwa ttieħed l-isptar ukoll.