It-tifun Goni qed jolqot diversi partijiet mill-Filippini fejn qed jikkawża ħerba sħiħa.
Minn tal-inqas erba’ persuni huma rrapurtati mejta filwaqt li bosta djar ġarrbu ħsarat estensivi u t-toroq huma kollha mgħerrqa.
Uffiċjal tal-lokali qed javżaw li r-riħ u x-xita qawwija mistennija jintensifikaw.
It-tifun Goni huwa l-iktar wieħed b’saħħtu li laqat il-pajjiż f’dawn l-aħħar seba’ snin.