L-omm ħarrbet lil bintha minn Malta b’passaport falz

It-tifla taħt ordni ta’ ħarsien li fit-12 t’Ottubru li għadda tħarrbet mill-omm bijoloġika tagħha minn Malta, għaddiet mill-ajruport ta’ Malta permezz ta’ passaport falz.

Dan ikkonfermawh sorsi ta’ ONE News qrib din l-investigazzjoni fejn qalulna wkoll li l-omm u l-bint, minn Malta qabdu titjira lejn pajjiż fiż-żona Schengen.

Minn informazzjoni li ksibna jidher li wara rakkomandazzjoni maħruġa mill-Bord tal-Ħarsien tat-Tfal, it-tifla kienet fil-proċess ta’ reintegrazzjoni minn mal-familja tal-fostering lura għal mal-omm bijoloġika tagħha.

Filfatt l-omm għalhekk kienet ingħatat permess biex tiltaqa’ mat-tifla mingħajr superviżjoni. Filfatt it-tifla kienet waslet fi stadju avvanzat ta’ reintegrazzjoni fejn kienet qed tqatta’ l-maġġoranza tal-ġranet għand l-omm.

Dakinhar li tħarrbet it-tifla kienu l-familja tal-fostering li indunaw b’dan meta l-omm baqgħet ma rritornatx bit-tifla kif ppjanat.

Wara rapport li sar lill-ħaddiema soċjali tat-tifla l-Pulizija marru fir-residenza tal-omm fejn sabu l-bieb ta’ barra msakkar b’katnazz.

Minn hawn skattat investigazzjoni fejn aktar tard, wara stħarriġ li sar mill-Pulizija tal-Ajruport irriżulta li l-omm u l-bint kienu ħarġu mill-pajjiż permezz ta’ titjira. Il-Pulizija talbet ukoll l-assistenza tal-Eurpol biex tassisti fil-lokaliżazzjoni tat-tifla.

Dwar dan il-każ id-Direttorat tat-Tfal qed iżomm komunikazzjoni kontinwa mal-pulizija u ma’ awtoritajiet oħra filwaqt li qed jagħti kull assistenza possibbli li hemm bżonn lill-familja li tiffosterja lit-tifla

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Ghandi nifem li nies ta karnaggion skur li qed ikunu jmwaqfa mil autoritajiet tal immigrazzjoni. Huma biss qed jitresqu l-qorti. Kieku din ma harbitx.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend