Notifiki

Il-PN jitħawwad fuq min irid fil-kumitat dwar il-Covid-19

L-inkonsistena fil-politika tal-Oppożizzjoni dwar il-pandemija kompliet toħroġ fil-beraħ anki f’konferenza tal-aħbarijiet organizzata mill-Partit Nazzjonalista stess.

Id-Deputati Nazzjonalisti Maria Deguara u Stephen Spiteri ma qablux bejniethom f’konferenza tal-aħbarijiet, f’temp ta’ ftit minuti.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qed jisħaq li s-soluzzjoni għall-imxija jkun ħolqien ta’ kumitat ta’ sorveljanza.

Il-Gvern qed jgħid li l-Oppożizzjoni trid li dan il-kumitat ikun fuq is-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika, immexxija mill-Professur Charmaine Gauci.

F’konferenza tal-aħbarijiet li l-Partit Nazzjonalista organizza, Stephen Spiteri saħaq li f’dan il-kumitat ikun hemm politiċi fih.

Huwa qal: “Li jitwaqqaf kumitat ta’ sorveljanza nazzjonali kompost minn esperti mediċi, mill-oqsma kollha u xjenzati. Flimkien ma’ rappreżentanti tal-Gvern u l-Oppożizzjoni.”

Wara din id-dikjarazzjoni ta’ Spiteri li jrid membri fuq il-kumitat miż-żewġ partiti, id-deputat Nazzjonalista Maria Deguara mbagħad qalet li l-aħjar ikunu politiċi indipendenti.

Hija qalet: “Dwar jekk għandux ikun hemm membri politiċi, spjegajt eżatti li dawn l-aħjar ikunu kollha indipendenti.”

Dwar il-kumitat ta’ sorveljanza fuq is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika li trid l-Oppożizzjoni, anki fuq ix-xandir nazzjonali, Bernard Grech ġibdulu l-attenzjoni dwar l-effettività ta’ din il-proposta: “Aħna għidnilhom fost oħrajn ħalli naqralek biex anke ma ndumx. Semmejt fid-diskors tiegħi jumejn ilu li jitwaqqaf kumitat ta’ sorveljanza.”

“Imma x’tieħu bih dak il-kumitat? Għax in-nies ma ttihomx tort jaħsbu li l-kumitat joqgħod jiddiskuti u taf kif.”

Intant, meta mistoqsija dwar in-nefqa rekord fil-budget għas-sena d-dieħla fil-qasam tas-saħħa, ta’ aktar minn tmien mitt miljun ewro, erba’ darbiet aktar minn dik fl-elfejn u tnax, Maria Deguara infixlet.

Hija wieġbet: “Hija ħaġa normali li iktar ma jgħaddi żmien fil-mediċina, il-budget ta’ kull sena jżid u meta għandna pandemija bħal din tal-COVID li laqtitna sajjetta fil-bnazzi …. bilfors trid tippompja ħafna iżjed flus.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend