Terremot qawwi li kejjel sebgħa fuq l-iskala Richter, heżżeż il-kosta tal-Eġew fit-Turkija, in-naħa ta’ fuq tal-gżira Griega ta’ Samos.
Il-qawwa tat-terremot wasslet biex saħansitra nħass ukoll fil-kapitali Griega, Atenti u l-kapitali Torka, Istanbul.
Għadu mhux magħruf jew weġġgħux jew mitux nies, imma filmati mill-belt Torka ta’ Izmir juru li ġġarrfu xi binjiet.
Terremoti fit-Turkija u l-Greċja huma pjuttost komuni.