Michael Pace u Daniel Pace, aħwa ta’ 36 sena u 28 sena rispettivament u seħibhom Adrian Tonna ta’ 28 sena ingħataw sentenza sospiża wara li ħadu l-liġi b’idejhom u aggredixxew raġel ieħor talli kiser il-kundizzjonijiet imposti mill-Qorti.
Huwa mifhmum li huma aggredixxew lil David Micallef talli kiser kundizzjonijiet imposti fuqu rigward il-ħin li suppost ikun id-dar.
Fil-każ, Micallef tilef żewġ sinniet.
L-inċident kien riżultat ta’ battibekk bejn l-familja Pace u Micallef.