Malta taddotta pjan t’azzjoni ġdid dwar il-mara, il-paċi u s-sigurtà – One News

Notifiki

Malta taddotta pjan t’azzjoni ġdid dwar il-mara, il-paċi u s-sigurtà

Pajjiżna nieda l-ewwel pjan t’azzjoni Nazzjonali dwar in-Nisa, Paċi u Sigurtà. Dan għall-implimentazzjoni tar-riżoluzzjoni 1325 tal-kunsill tas-Sigurtá tan-Nazzjonijiet Uniti.

Din ir-riżoluzzjoni tiffoka fuq l-impatt negattiv tal-kunflitti bl-armi fuq in-nisa u l-bniet u tafferma l-importanza tal-ugwalanza bejn il-ġeneri fil-proċessi għall-paċi u li jwasslu għal riżoluzzjoni ta’ kunflitti.

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, Evarist Bartolo stqarr li l-mara għandha rwol importanti fi proċessi ta’ riżoluzzjoni ta’ kunflitti.

Qal kif “Meta ssir gwerra mhux teqred biss il-pajjiżi, imma tkattar il-mibegħda, l-firdiet, u allura l-fatt li n-nisa ser ikunu qed jagħtu sehemhom biex waqt li huma stess jgħelbu d-diffikultajiet li jġibu l-kunflitti magħhom, żgur li huma jagħtu sehem importanti ħafna fil-fejqan tas-soċjetà, u allura l-pjan ta’ ħidma li qed nagħmlu aħna jgħin f’pajjiżna stess, jgħin anke lil dawk li jiġu fostna u ġejjin minn sitwazzjoni ta’ Gwerra.”

Il-Ministru Bartolo stqarr kif bħala turija ta’ impenn pajjiżna ħatar lil Cecilia Attard Pirotta bħala ambaxxatriċi għan-Nisa, Paċi u Sigurtà.

L-ambaxxatriċi Cecilia Attard Pirotta spjegat ma’ ONE News kif il-pass li jmiss huwa li jinħoloq kumitat li jara l-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan t’azzjoni sabiex dan ma jibqax biss fuq il-karta.

Spjegat li, “ll-kumitat għalkemm ser ikun chaired minni bħala rappreżentanta ta’ dan il-ministeru, ser ikollu fi ħdanu rapreżentazzjoni wiesa’ ta’ ministeri li b’xi mod huma involuti f’dan is-suġġett, akkademiċi u anke soċjetà ċivili.”

Dan il-pjan ta’ azzjoni huwa frott inizjattiva tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej b’kollaborazzjoni mas-Segretarjat Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend