It-Tuneżin li qatel tliet persuni f’Nizza kien għadu kif wasal fl-Ewropa – One News

Notifiki

It-Tuneżin li qatel tliet persuni f’Nizza kien għadu kif wasal fl-Ewropa

It-Tuneżin li lbieraħ qatel tliet persuni fi knisja f’Nizza fi Franza, kien għadu kif wasal riċentament fl-Ewropa.

Dan ġie kkonfermat mill-uffiċjali Franċiżi, li qalu kif is-suspettat ta’ wieħed u għoxrin sena, kellu dokument Taljan li nħariġlu wara li wasal Lampedusa fuq dgħajsa tal-immigranti x-xahar li għadda.

Il-President Franċiż Emmanuel Macron qal li l-attakk b’sikkina tal-Ħamis fil-bażilika ta’ Notre-Dame f’Nizza, kien wieħed terroristiku.

Qal ukoll li n-numru ta’ suldati f’ċertu postijiet pubbliċi bħall-knejjes u l-iskejjel, se jiżdied minn tlett elef għal sebat elef.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Proset lil ngo’s li jġorru lil dawn l-emigranti!! Hekk ħallasha lil Franza dan talli laqqgħetu!!. Dawn id-delitti u mwiet fuq il-kuxjenza tal-ngo’s.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend