Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji Joseph Cuschieri, b’konformità mal-prinċipji ta’ governanza tajba, ssospenda lilu nnifsu b’effett immedjat mid-dmirijiet tiegħu.
Dan sabiex l-istess Awtorità twettaq kwalunkwe verifika meħtieġa b’rabta ma’ rappurtaġġ li deher fil-midja fl-aħħar jiem dwar li hu siefer ma’ Yorgen Fenech.
Intant l-Avukat tal-MFSA, Edwina Licari wkoll ssospendiet lilha nfisha b’effett immedjat.
Dalgħodu l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna rċieva ittra ta’ riżenja mingħand Dr. Licari minn fuq il-bord tal-FIAU, li ġiet aċċetta b’effett immedjat.
Intant, fi stqarrija l-MFSA ħabbret li l-Bord tal-Gvernaturi unanimament ħatar lil Dr.Christopher Buttigieg bħala l-kap eżekuttiv interim tal-awtorità. Dan filwaqt li ser ikunu assessjati l-fatti rrapurtati.