Kevin Buttigieg ta’ 49 sena minn tas-Sliema, li huwa Kap Eżekuttiv ta’ aġenzija tal-propjeta ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li allegatament weġġa’ gravi raġel ieħor f’ristorant f’Portomaso l-Erbgħa filgħaxija.
Buttigieg ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih u ċaħad ukoll li kiser il-paċi pubblika.