“L-indikazzjonijiet huma li f’Jannar ikollna l-vaċċin għall-Covid-19 disponibbli” – il-PM – One News

Notifiki

“L-indikazzjonijiet huma li f’Jannar ikollna l-vaċċin għall-Covid-19 disponibbli” – il-PM

Fuq programm fix-xandir nazzjonali l-Prim Ministru Robert Abela qal li ninsabu viċin li finalment jgħaddi minn fuqna dan iż-żmien ta’ pandemija.

Dan hekk kif qed ikun prevvist li l-vaċċin ikun disponibbli bejn Diċembru u Jannar li ġej.

“Wasalna fl-aħħar tat-tellieqa?”, saqsa l-preżentatur u l-Prim Ministru Abela sostna, “Qegħdin viċin, qegħdin viċin.”

Il-Preżentatur kompla jistaqsi, “Imma tispiċċa għax imur il-virus jew għax ikollna l-vaċċin?” u Dr Abela saħaq, “Jien nemmen li l-vaċċin se jkun milestone kruċjali. L-ewwel nett se jerġa’ jdaħħal il-kunfidenza qalb in-nies u se jagħti ċertu element ta’ s-serħan il-moħħ Imbagħad se jeqred it-trażmissjoni għal daqstant għaliha l-vaċċin huwa kruċjali.”

“Vaċċin jiġifieri qed ngħidu xhur? Sa Jannar, Frar?”, staqsa l-preżentatur u Dr Abela ddikjara, “L-indikazzjonijiet li għandna lejn l-aħħar ta’ Diċembru, Jannar ikollna d-disponibbiltà tal-vaċċin.”

Il-Prim Ministru Robert Abela qal dan waqt programm li għalih attenda wkoll il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech u fejn qal hekk fuq il-Prim Ministru.

Grech stqarr, “Propju din hija l-problema li għandu l-Prim Ministru li għalih is-saħħa tal-bniedem, għalih il-ħajja m’għandiex valur aktar importanti mill-flus.”

Madankollu dwar din id-dikjarazzjoni minn Bernard Grech il-Prim Ministru Abela qal li n-nies mhumiex numri iżda bnedmin.

Dr Abela sostna, “Jien jiddispjaċini għal kull familji li relative minn tagħha ġie nieqes minħabba l-Covid. Jiddispjaċini bl-istess mod għal kull mewt li jkollna f’Malta ta’ kuljum b’kundizzjonijiet oħrajn. L-ewwel nett in-nies mhumiex numri. In-nies huma bnedmin.”

Dwar l-importanza li jagħti l-Gvern lil dawk fuq quddiem fil-ġlieda kontra l-imxija, il-Prim Ministru qal hekk.

Il-Prim Ministru saħaq, “X’qegħdin inħallsu bħala allowances lill-ħaddiema tas-saħħa llum? Bażikament ittriplajna l-ammont li qed inħallsu f’allowances din is-sena. €111-il miljun. Ħaqqhom kull once u nixtieq inkunu f’pożizzjoni li nistgħu ntuhom aktar.”

Dan jikkuntrasta ferm mal-aġir minn naħa tal-Partit Nazzjonalista ma’ dawk magħrufa bħala front liners hekk kif ftit xhur ilu ppruvaw jitfgħu membri tal-forzi armati għomorhom il-ħabs.

Robert Abela sostna, “Tajjeb li nfakkruha din ukoll kif imxiet l-Oppożizzjoni mal-front liners. Xeħtuna f’inkjesta Maġisterjali li setgħet titfa’ lil dawn il-membri, dawn il-front liners tagħna għomorhom il-ħabs.”

Dwar dan, Bernard Grech qal li l-Prim Ministru qed jilgħabha tal-vittma.

Grech saħaq, “Meta umbagħad ikun ikkonċernat hu ovjament nilgħabu l-victim card u jippretendi li huwa l-fuq mil-liġi.”

Intant Bernard Grech tkellem dwar il-vouchers tal-mitt ewro li ta l-Gvern.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal, “Hemm bżonn li nużaw is-sanitiser aktar spiss. Naqblu imma hemm min qed ibgħati finanzjarjament biex jixtrihom dawn. Huma piż kbir għalih allura qegħdin ngħidu aħna naqblu mal-vouchers imma issa qegħdin ngħidu ejja nagħmlu vouchers ukoll li n-nies permezz tagħhom jistgħu jixtru dawn l-għodda.”

Madankollu l-Prim Ministru rrisponda li fil-fatt il-vouchers jistgħu jintużaw għal xiri ta’ prodotti kontra t-tixrid tal-virus.

Il-Prim Ministru tenna, “Dawk il-vouchers jistgħu jintużaw biex jinxtraw l-affarijiet li semma l-Kap tal-Oppożizzjoni fosthom is-sanitisers, il-maskri. Dak kien punt li lanqas dan il-fatt bażiku ma kien jaf.”

Robert Abela tkellem ukoll dwar l-aġir ta’ Jason Azzopardi barra minn xtutna din il-ġimgħa f’kawża quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.

Dr Abela saħaq, “Kien quddiem il-European court of Justice jipprova – kien jidher għas-solita Soċjetà Ċivili, kien qed jipprova jagħmel argument f’kawża kontra l-istat Malti u allura għandu l-benedizzjoni issa u l-barka tal-Kap tal-Oppożizzjoni f’kawża fejn qed jipprova jikrolla s-sistema ġudizzjarja Maltija.”

Dwar is-saltna tad-dritt f’pajjiżna l-Prim Ministru fakkar kif għall-kuntrarju ta’ mexxejja oħra huwa reħa s-setgħat kollha li kellu fil-qasam tal-ħatriet tal-ġudikatura.

Robert Abela qal, “Il-metodu ta’ ħatra tal-ġudikatura, l-Imħallfin, il-Maġistrati. Irħejt is-setgħa kollha li nies bħal Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi ma kienux joħolmu. Ara taħseb li kienu se joħolmu li jneħħuha għax ittik saħħa kbira. Jien ċedejtha kompletament.”

Intant dwar elezzjoni bikrija l-Prim Ministru qal li din tissejjaħ meta jkun jaqbel għall-pajjiż.

Il-Prim Ministru sostna, “Ir-reazzjoni tagħha għall-Covid kienet li jmorru għal elezzjoni. Ġabru 21,000 ruħ biex jivvutaw imma jien illum jekk se niddeċiedi skond dan il-kriterju u hekk se niddieċiedi skond il-kriterju tal-interess nazzjonali f’nofs pandemija se mmur għal elezzjoni?”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend