Ippubblikat ktieb dwar Antonio Nicholas li ġġieled għall-ilsien Malti – One News

Notifiki

Ippubblikat ktieb dwar Antonio Nicholas li ġġieled għall-ilsien Malti

Fil-każin tas-Sede tas-Soċjetà De Paule ġie ppubblikat ktieb, bl-isem ta’ Antonio Nicholas: Difensur tal-Ilsien Malti u l-Klassi tal-Ħaddiema, li fih jiġbor l-istorja ta’ Antonio Nicholas.

Nicholas kien strumentali madwar mitt sena ilu, hekk kif bis-saħħa tiegħu u oħrajn, l-ilsien Malti sab postu fil-Parlament.

ONE News tkellem mal-awtur ta’ dan il-ktieb, Alfred Ellul Galea li spjega kif huwa trabba fl-istess triq fejn kien joqgħod Nicholas u ma kienx jaf dwaru sakemm missieru għamel riċerka dwar il-każin Pawlist.

Ellul Galea stqarr, “Kien hemm referenza għalih, peress li missieri qalleb id-dokumenti, l-arkivju ta’ dan il-każin u l-minuti tal-laqgħat ta’ dan il-każin u naturalment jien iltqajt ma’ dan l-individwu illi għedt li jkun xieraq illi nagħtih il-ġieħ illi jistħoqlu.”

L-awtur tal-ktieb qal magħna kif Nicholas ta sehmu fit-trejdunjoniżmu sabiex jgħin lill-ħaddiema.

Antonio Nicholas, li kien mill-Isla għex parti kbira minn ħajtu ġewwa Raħal Ġdid u kien jagħti sehmu fil-każin tal-banda ta’ din il-lokalità, fl-irwol ta’ President.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend