Illejla ser jintrefa’ f’postu t-tieni pont pedonali fil-Marsa – Ippjana sew il-vjaġġ tiegħek! – One News

Notifiki

Illejla ser jintrefa’ f’postu t-tieni pont pedonali fil-Marsa – Ippjana sew il-vjaġġ tiegħek!

Illejla mit-8 ta’ filgħaxija sal-5 ta’ għada filgħodu, ħaddiema ta’ Infrastruttura Malta ser ikunu qed jerfgħu f’postu t-tieni pont pedonali ġdid tal-Marsa fi Vjal Sir Paul Boffa.

Kawża ta’ danm il-karreġġjata tat-tramuntana jiġifieri ta’ Raħal Ġdid lejn il-Marsa se tkun magħluqa.

F’post fuq il-midja soċjali, Infrastruttura Malta rrakomandat lill-pubbliku biex jieħu rotta alternattiva mit-Telgħa ta’ Raħal Ġdid.

Il-Proġett tal-Marsa Junction ser joħloq konnessjonijiet aktar siguri għall-ivjaġġar bil-mixi, bir-rota, bil-karozza u anki b’Tallinja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend