Il-Ministru Evarist Bartolo f’laqgħa mal-President tal-Parlament Libjan – One News

Notifiki

Il-Ministru Evarist Bartolo f’laqgħa mal-President tal-Parlament Libjan

“Malta għandha rwol ċentrali fil-mixja lejn il-paċi u l-istabbiltà fil-Libja.”

Dan kien sentiment komuni fit-taħdidiet li l-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo kellu mal-President tal-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Libja Aguila Saleh.

Fi stqarrija mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ġie spjegat kif matul it-taħdidiet spikka s-sens ta’ ottimiżmu li rriżulta mill-ftehim għall-waqfien mill-ġlied dejjiemi u li għandu jwassal għar-riformi istituzzjonali u elezzjonijiet demokratiċi favur Libja magħquda.

F’dan il-kuntest, il-Ministru Bartolo assigura l-impenn ta’ Malta bħala pajjiż ġar u ħabib, mingħajr ebda interess ulterjuri għajr l-għaqda fost il-Libjani.

Aguila Saleh irrikonoxxa l-isforzi ta’ Malta favur il-Libja u żied li l-Libja issa għandha bżonn l-appoġġ u s-sostenn ta’ Malta fil-komunità internazzjonali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend