Anzjan ta’ 66 sena jmut waqt li kien pożittiv għall-Covid-19 – One News

Notifiki

Anzjan ta’ 66 sena jmut waqt li kien pożittiv għall-Covid-19

Anzjan ta’ 66 sena li kien ibati minn mard kroniku ieħor miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.

Ir-raġel kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-20 ta’ Ottubru u ddaħħal l-Isptar Mater Dei fis-26 ta’ Ottubru. Huwa baqa’ jingħata kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei fejn miet aktar kmieni llum.

Fi stqarrija, il-Ministeru għas-Saħħa, ta l-kondoljanzi lill-familjari u appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza fiżika u l-użu tal-maskra kullimkien.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend