‘Xi Ħadd Hemm Fuq Iħobbni’.
Dan huwa ktieb li jiġbor l-għajnuna u x-xogħol imprezzabbli li tagħmel l-għaqda Hospice ma’ madwar elf u tliet mitt familja.
F’dan il-ktieb hemm l-esperjenza personali ta’ Peter Calamatta.
Il-qliegħ kollu minn dan il-ktieb imur b’risq il-Hospice.
Waqt it-tnedija ta’ dan il-ktieb fil-Palazz ta’ Sant’Anton, l-awtur Peter Calamatta tkellem dwar l-esperjenza tiegħu mal-battalja ta’ kanċer rari.
Spjega li, “Imma l-lezzjoni minn dan il-ktieb hija li bniedem qatt ma’ jista’ jkun fatalistà illi jgħid qatt ma hemm speranza dejjem hemm xaqq ta’ dawl għaliex dak ix-xaqq ta’ dawl itik il-kuraġġ biex tkompli u ħafna jgħidu anke tobba kbar u xjentisti kbir li nofs il-fejqan huwa l-kuraġġ u l-fidi l-kumplament tagħmlu x-xjenza.”
Preżenti għat-tnedija kien hemm mart il-President ta’ Malta s-Sinjura Miriam Vella fejn appellat għall-kuraġġ li jeħtieġu n-nies morda.
Qalet li, “Speċjalment minn għaddej minn chemo jew cancer ma jkunx jista’ jiltaqa’ ma nies bħalissa allura l-unika ħaġa li tista’ tagħmel jew tferraħhom b’xi ħaġa, jew tibagħtilhom messaġġ ta’ kuraġġ u dan hu kuraġġ kbir għal min hu għaddej mill-istess ħaġa.”
Il-ktieb jista’ jinxtara online minn fuq is-sit hospicemalta.org