Anzjan ta’ 70 sena jmut waqt li kien pożittiv għall-Covid-19 – One News

Notifiki

Anzjan ta’ 70 sena jmut waqt li kien pożittiv għall-Covid-19

 Anzjan ta’ 70 sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.

Fi stqarrija l-Ministeru għas-Saħħa qal li l-anzjan iddaħħal l-isptar Mater Dei fil-15 ta’ Ottubru u rriżulta pożittiv għall-Covid-19 dakinhar stess. Huwa baqa’ jingħata kura fl-isptar Mater Dei fejn miet ilbieraħ.

L-anzjan kien ibati minn mard kroniku ieħor.

Il-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjan u appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend