Waqt intervista fuq l-istazzjon Nazzjonalista, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech kien infexx jattakka l-miżuri li qed jittieħdu sabiex tiġi kkontrollata l-pandemija.
Huwa sejjaħ dawn il-miżuri bħala taparsi.
Qal li, “Qegħdin nieħdu miżuri taparsi u nitfgħu kollox issa fuq il-pubbliku, issa kollox enforcement qisu tort tan-nies.”
Skont Bernard Grech, il-protokolli u l-miżuri hekk kif stabbiliti mill-awtoritajiet tas-saħħa fl-iskejjel, saru ta’ malajr.
Spjega li, “Kienet riesqa l-iskola u ġimagħtejn qabel bdejna niġru biex naraw liema protokolli se nagħmlu. Morna għall-iskola u llum nafu li s-sitwazzjoni is getting also out of hand.”
Iżda mhux talli s-sitwazzjoni mhiex taħt kontroll, tant li s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci waqt il-programm Paperscan fuq l-istazzjon ONE, il-Ħadd filgħodu qalet kif s’issa ma kienx hemm trasmizzjonijiet mill-iskejjel bejn it-tfal.
Qalet li, “Bħalissa sejrin tajjeb fl-iskejjel, jiġifieri l-uniku każijiet li kellna trassmissjonijiet minn xulxin kienu fl-adulti u s’issa ma kellniex trasmissjoni, outbreaks fl-iskejjel fit-tfal.”