Ingliż ta’ 55 sena joqgħod Kerċem, Għawdex, weġġa’ gravi f’inċident, f’Għawdex.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħodu, intalbet l-għajnuna tal-Pulizija biex tassisti fi Triq il-Kavallieri, ix-Xlendi limiti tal-Munxar.
Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li r-raġel waqt li kien nieżel, it-taraġ ċeda bih.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivilli u tim mediku assistew lir-raġel u ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.