Ir-rata ta’ mwiet relatati mal-COVID-19 f’Malta baqgħet fost l-iktar waħda baxxa fl-Ewropa.
Dan ħareġ minn informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, l-ECDC.
Fil-fatt ir-rata ta’ mwiet mill-Covid-19 ta’ Malta hija taħt il-wieħed fil-mija.
Dan ifisser il-ħames l-inqas rata fl-Unjoni Ewropea u s-seba’ l-inqas rata fl-Ewropa.
Filwaqt li fil-kumplament tal-pajjiżi ir-rata ta’ mwiet hija aktar għolja minn wieħed fil-mija fosthom il-Lussemburgu li jaqbiżna b’wieħed punt wieħed fil-mija.
Fl-Italja, il-pajjiż ġar tagħna, ir-rata ta’ mortalità tibqa’ l-aktar waħda għolja fost il-pajjiżi kollha Ewropej.
Ir-rata bħalissa fl-Italja tgħodd għal sebgħa punt sitta fil-mija.
Pajjiżi oħra Ewropej bħal Żvezja u r-Renju Unit raw in-numri ta’ mwiet relatati mal-COVID-19 jiżdiedu b’rata mgħaġġla fejn bħalissa qed ilaħħqu l-ħamsa punt erbgħa fil-mija.