“Il-Gvern ma jagħtix xi ħaġa biex jikkuntentana” – l-imsieħba soċjali – One News

Notifiki

“Il-Gvern ma jagħtix xi ħaġa biex jikkuntentana” – l-imsieħba soċjali

Imsieħba soċjali u assoċjazzjonijiet saħqu li huma faħħru l-budget li ressaq il-Gvern għaliex anki jaraw l-istampa l-kbira u mhux għax jagħmew wara miżura waħda li tolqot is-settur li jirrappreżentaw.

Il-Ħadd filgħodu, il-Kap tal-Oppożizzjoni, Bernard Grech ħadha kontra l-imsieħba soċjali u qabbilhom ma’ tfal li jkunu jridu xi ħaġa u joħduha.

Qal li, “Il-mument li t-tfal ittihom dak li jridu, mela jekk għandi t-tifel jien irid logħba tal-futbol biex jilgħabha fuq il-computer, u intihielu, dan x’se jagħmel? Se jifraħ. U din hija r-reazzjoni li rajna din il-ġimgħa.”

Min-naħa tagħha, l-Assoċjazzjoni għall-Iżviluppaturi qalet li l-budget kien wieħed li jgħin lil pajjiż f’dan iż-żmien ta’ sfida.

Qal li, “Aħna ma nidħlux f’dibattiti politiċi. Lil hinn mill-politika, bħala Malta Developers Association nista’ naċċerta lil kulħadd illi aħna Kunsill serju, matur u responsabbli u l-miżuri kollha illi ressaqna lill-Gvern għal dan il-budget, huma miżuri illi jsalvaw l-impjiegi, jsalvaw ukoll l-għajxien ta’ 50,000 familja u motivazzjoni biex nsalvaw minn din il-gwerra. Aħna ma ninsewx illum qegħdin ġo gwerra. Il-miżuri jridu jkunu directed fuq il-problemi li hawn illum. Għaldaqstant il-budget kien il-mediċina t-tajba illi qiegħed jindirizza s-sitwazzjoni preżenti.”

Sandro Chetcuti mill-MDA qal li l-assoċjazzjoni li jmexxi titkellem b’mod oġġettiv.

Spjega li, “Aħna mhux l-ewwel darba li nikkritikaw lil Gvern, aħna jiġifieri li hu tajjeb ngħidulu tajjeb u fejn hu ħażin ma niddejqu xejn ngħidu li hu ħażin. Ma kinitx l-ewwel darba li kritikajna issues mal-Gvern.”

Intant ikkummenta wkoll il-Viċi President tal-Kamra għan-Negozji ż-Żgħar u Medji li huwa ġej mis-settur turistiku.

Qal li, “Kull rikjesta li aħna nitolbu, nitolbu feed on the ground, għal dak in-negozju partikolari però dejjem fil-kuntest tal-istampa l-kbira għaliex finalment hija l-istampa l-kbira li tiġbed l-ekonomija fit-totalità tagħha. Naturalment aħna meta l-Gvern itina xi ħaġa, itina xi ħaġa għax mhux qisu l-Gvern itina xi ħaġa biex jikkuntentana imma jtijilna għax il-Gvern jara li hemm il-ħtiġijiet għaliha dik il-ħaġa u dik il-ħaġa se tgħin dak is-settur biex dak is-settur ikompli u jkompli jespandi fl-operat tiegħu.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend