Ir-residenti taċ-Ċilì taw vot b’saħħtu favur il-kitba mill-ġdid tal-kostituzzjoni, li tmur lura għad-dittatorjat ta’ Gen Augusto Pinochet.
Madwar tmenin fil-mija tal-poplu taċ-Ċilì vvota “iva” f’referendum li sar wara protesti tal-massa kontra l-inugwaljanza.
Il-President Sebastian Pinera aċċetta r-riżultat u qal li issa kulħadd irid jaħdem flimkien biex il-kostituzzjoni l-ġdida tirrifletti l-għaqda, l-istabbilità u l-ħidma għal futur aħjar.