F’indirizz li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni fil-Parlament għall-Budget li ressaq il-Gvern għas-sena d-dieħla, huwa kritika bl-aħrax il-miżura tal-għoti mill-ġdid tal-vouchers tal-mitt ewro li taw injezzjoni ekonomika billi salvaw l-impjiegi u kienu ta’ spalla għan-negozji fi żmien ta’ sfida globali, kawża tal-pandemija.
Grech qabbel il-vouchers ma’ pala biex biha nerġgħu noħorġu l-ilma minn ġod-dgħajsa.
Hu qal, “Din bħal meta naqbdu l-ilma, u noħorġuh mid-dgħajsa malajr fil-ġenn. imma llum, illum meta sippost kellkom pjan, illum meta sippost kontu tafu x’ser tagħmlu, il-ministru tal-finanzi reġa’ tana budget illi fih kull ma tana pala biex bil-vouchers nerġgħu noħorġu l-ilma mid-dgħajsa.”
Spiċċa jgħajjar lil Gvern b’politika tal-handouts fejn qal, “Politika falluta, Politika tal-handouts.”
Quddiem miżuri soċjali, bħaż-żieda fil-pensjonijiet, fiċ-children’s allowance u ġurnata oħra leave lill-ħaddiema kollha, Bernard Grech qal li dan huwa budget tal-copy & paste.
Sostna li dan huwa budget virtwali u saħaq li l-ekonomija tal-Gvern, li esperjenzat tkabbir bla preċedent fl-aħħar snin, inbniet bi steroids ekonomiċi.
Qal li, “Gvern tal-copy and paste. jikkopja minn sena ħgall-oħra imbagħad jgħidilna li dan l-akbar budget fl-istorja. Mhux bilfors ikun l-akbar wieħed jekk iżid minn sena għal oħra u dan dejjem jikber.” Fejn kompla billi qal, “U verament, ma setax isib terminu aħjar, Mr. Speaker. Għaliex indupjament dan huwa budget virtwali, budget ta’ realtà virtwali.” Hu tenna wkoll li, “l-Ekonomija ta’ dan il-gvern kienet mibnija fuqm mudell ta’ steroids ekonomiċi”
F’diskors ta’ sagħtejn sejjaħ it-tkabbir ekonomiku li Malta esperjenzat bħala wieħed artifiċjali hekk kif qal, “It-tkabbir ekonomiku tagħna huwa artifiċjali”
Imbagħad qal li Gvernijiet Nazzjonalisti biddlu l-wiċċ tal-ekonomija.
Qal li, “Gvernijiet Nazzjonalisti biddlu l-wiċċ tal-ekonomija.”
Quddiem l-aħħar statistika riċenti li ħarġet dan ix-xahar stess, li turi li fuq medda ta’ ħames snin, il-Gvern naqqas dawk f’risku ta’ faqar b’aktar minn sitta fil-mija, Bernard Grech qal hekk, “U fl-2019 wara 6 snin ta’ Gvern Laburista din ir-rata telgħet u mhux niżlet.”
Saħansitra qal li l-qasam soċjali ma jeħtieġx Gvern Laburista.
Qal li, “Il-qasam soċjali jeħtieġ politika b’ruħ soċjali, u mhux Gvern Laburista.”
Il-Kap tal-Oppożizzjoni semma affarijiet li l-Gvern diġà attwa fosthom il-proġett tal-pulizija fil-komunità.
Hu qal, “Il-Community Policing se jkun estiż qalulna f’aktar lokalitajiet, l-immodirnazzar, dar t’anzjani f’Għajnsielem, pixxina f’Għawdex. Wegħdiet kollha wara l-oħra ripetuti diversi drabi u mhux miżmuma.” Fejn kompla billi qal, “Bini tal-housing soċjali wegħda mhux miżmuma u mhux miżmuma u ripetuta.”
Quddiem l-investiment massiċċ ta’ bini u rinovar t’aktar skejjel, Bernard Grech ma ġerraħx dan.
Qal li, “Gvern bla pjan fejn jidħol bini ta’ skejjel ġodda.”
Intant lejn tmiem id-diskors tiegħu, Bernard Grech spiċċa jgħid li jiftakar fost oħrajn, l-Assedju l-Kbir.
Hekk kif qal, “Din m’hijiex l-ewwel darba, Mr. Speaker li pajjiżna ffaċċja sfidi ma’ sfidi. Niftakar l-Assedju l-Kbir u t-Tieni Gwerra Dinjija”