Sewwieq ta’ mutur iġarrab ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Gżira – One News

Notifiki

Sewwieq ta’ mutur iġarrab ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Gżira

Żagħżugħ ta’ 24 sena minn Raħal il-Ġdid ġarrab ġrieħi gravi wara li ħabat bil-mutur tal-għamla Honda CBR500RA li kien qed isuq ma’ karozza tat-tip Alfa Romeo Stelvio, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 53 sena minn Ħal Qormi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5:00 tas-Sibt filgħaxija fi Triq ix-Xatt fil-Gżira.

Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku li ħa liż-żagħżugħ l-isptar Mater Dei għal aktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Puliziija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend