Ingliż ta’ wieħed u tletin sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular bejn it-tielet u r-raba’ sular fil-komun ta’ blokka appartamenti li tinsab fi Triq E.H. Furse fl-Imsida.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa ta’ filgħodu.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku li ħa lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-aktar kura.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella li ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.