Ġarrbet ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn mutur f’San Ġiljan – One News

Notifiki

Ġarrbet ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn mutur f’San Ġiljan

Mara ta’ 26 sena mir-Rabat ġarrbet ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn mutur tal-għamla Kymco li kien qed jinstaq minn Ingliż ta’ 28 sena li joqgħod l-Isla.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:15 tas-Sibt filgħaxija fi Triq Ġorġ Borg Olivier f’San Ġiljan.

Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ tim mediku li ħa lill-mara l-isptar Mater Dei għal aktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend