Raġel ta’ 34 sena minn Ħaż-Żabbar weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident bil-mutur l-Imġarr.
L-inċident seħħ il-Ġimgħa filgħaxija għall-ħabta tas-sebgħa u nofs fi Triq Għajn Tuffieħa.
Jidher li r-raġel kien qiegħed isuq mutur KTM 690SM fejn tilef il-kontroll u waqa’.
Ir-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.