“Tlabtu jmur jinġabar mal-familja imma qalli li sakemm jara kollox f’postu mhux se jitlaq” – il-PM jieqaf jgħin raġel involut f’hit and run – One News

Notifiki

“Tlabtu jmur jinġabar mal-familja imma qalli li sakemm jara kollox f’postu mhux se jitlaq” – il-PM jieqaf jgħin raġel involut f’hit and run

Il-Prim Ministru Robert Abela assista sewwieq ta’ mutur jismu Gregory li kien involut f’hit and run f’Ħal Luqa.

F’vidjow li ttella’ fuq il-midja soċjali, Gregory spjega hu u jsuq mutur tard filgħaxija, intlaqat minn karozza li baqgħet sejra bil-konsegwenza li Gregory spiċċa mixħut mal-art.

Hu u għaddej bil-karozza tiegħu, Gregory spjega li l-Prim Ministru waqaf ħesrem biex jgħinu.

Hu rrakkonta, li l-Prim Ministru flimkien max-xufier tiegħu u raġel ieħor li nzerta fuq il-post, flimkien neħħew il-mutur minn fuqu filwaqt li x-xufier tal-Prim Ministru tefa’ l-karozza quddiem Gregory b’tali mod li ma jkunx jista’ jittajjar mill-karozzi li jkunu qed jużaw it-triq.

Gregory kompla jgħid li l-Prim Ministru baqa’ miegħu sal-mument li fuq il-post waslet l-ambulanza.

Għal dan il-ġest nobbli, Gregory irringrazzja lill-Prim Ministru minn qiegħ qalbu filwaqt li radd il-ħajr ukoll lir-raġel li waqaf jagħti daqqa t’id.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend