Sitt kappelli medjevali u ġonna neoklassiċi jingħataw l-ogħla livell ta’ protezzjoni – One News

Notifiki

Sitt kappelli medjevali u ġonna neoklassiċi jingħataw l-ogħla livell ta’ protezzjoni

Sitt kappelli medjevali u l-ġonna neoklassiċi ta’ Villa Ciantar fil-Pieta kienu ddikjarati bħala protetti fuq skala Grade 1 mill-Awtorità tal-Ippjanar.

Dawn il-binjiet storiċi ser ikunu ssalvagwardjati bl-ogħla livell ta’ protezzjoni u l-proċess sabiex dawn il-propjetajiet jiħu skedati tħejja id f’id mas-Supretendent għall-Wirt Kulturali.

Uħud mill-kappelli medjevali li ngħataw l-ogħla livell ta’ protezzjoni huma ta’ Santa Domenica f’Ħad-Dingli u ta’ Bir Miftuħ fil-Gudja li jmorru lura għas-sena 1436.

Kappella oħra li ser tingħata l-istess livell ta’ protezzjoni hija dik li tinsab fuq il-gżira ta’ Kemmuna fost oħrajn.

Dan filwaqt li l-ġonna ta’ Villa Ciantar ukoll ser jingħataw l-ogħla livell ta’ protezzjoni. Il-villa tas-seklu tmintax kienet magħrufa wkoll bħala Villa Zammit għandha ġonna mżejna b’varjeta ta’ arkitettura.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend