Raġel arrestat b’rabta ma’ vandaliżmu fuq 13-il bus stop – One News

Notifiki

Raġel arrestat b’rabta ma’ vandaliżmu fuq 13-il bus stop

Eritrean ta’ 31 sena qed jinżamm arrestat fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, b’rabta ma’ atti ta’ vandaliżmu fuq waqfiet ta’ tal-linja madwar Malta.

Matul il-lejl li għadda, il-Pulizija kienet infurmata li hemm raġel ikisser bus stop fi Triq Dun Karm f’Birkirkara.

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post fejn sabu tifrik ta’ ħġieġ. Immedjatament bdew bit-tfittxija fejn fi ftit tal-ħin, ġie osservat raġel li qabel mad-deskrizzjoni li ngħatat.

Huwa twaqqaf mill-Pulizija u waqt li kienu qed ikellmuh, innutaw li kellu l-qalziet bid-demm.

Fi tfittxija li saret fil-basket li kellu wara dahru, instabu ħadida twila u biċċiet tal-ħġieġ.

Minn iżjed investigazzjonijiet li saru mill-Iskwadra tar-Reati Maġġuri irriżulta li l-istess raġel tul dan ix-xahar, allegatament ivvandalizza tlettax-il bus stop fil-Marsa, f’Ħal Luqa, f’Wied il-Għajn, fil-Ħamrun, f’Ħal Lija, f’San Pawl il-Baħar, f’Burmarrad, fiċ-Ċirkewwa u fil-Mellieħa, uħud iktar minn darba.

Il-ħsara li saret tammonta għal aktar minn ħmistax-il elf ewro.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Forsi bħal Don Quixote dan li kien jaħseb li l-imtieħen draguni! Min jafx’kien jaħseb li huma l-waqfiet (stages) ta’
    tallinja dan?!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend