Proġett ta’ rinovar fuq il-Bażilika Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu – One News

Notifiki

Proġett ta’ rinovar fuq il-Bażilika Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu

Bħala parti mill-investiment ta’ €700,000 sar rinovar fuq il-Bażilika Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta.

Dan huwa wieħed minn tliet investimenti li saru u jinkludu wkoll il-Knisja tal-Madonna tal-Pilar u l-Knisja ta’ Santu Wistin.

Hawnhekk sar xogħol ta’ restawr tal-koppla fuq barra, tindif u trattament, xogħlijiet ta’ tiswija u kisi kif ukoll sistema ta’ waterproofing.

Saret ukoll sistema ġdida ta’ dawl b’mijja disgħa u tlietin bozza LED disinjati speċifikament għall-koppla u s-saqaf ta’ din il-knisja.

Il-Pirjol tal-Kunvent tal-Karmelitani fil-Belt Valletta, il-Patri Alex Scerri, saħaq fuq l-importanza ta’ dan l-investiment.

Huwa qal: “Mhux biss jiġifieri biex tidher minn barra is-sbuħija ta’ dan il-monument li huwa l-iskyline fl-aħħar mill-aħħar tal-belt imma wkoll xi ħaġa li tfakkarna f’dak li jmur ‘l hemm, fl-għoli, id-dawl jfakkarna fil-Mulej fl-aħħar mill-aħħar għandu jkun dawl tal-ħajja tagħna.”

Il-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir Gino Cauchi qal li dan huwa parti minn kullana ta’ proġetti sabiex ix-xatt ta’ Marsamxett jingħata d-dehra li jistħoqqlu.

Huwa qal: “Minjaf kemm din ix-xena ser tkun qed tidher f’messaġġi u materjal promozzjonali li ser isir biex nattiraw it-turisti li jiġu lejn Malta. Ma dawn hemm proġetti oħra li fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin ser ikomplu jiġu konklużi proġetti oħra. Il-pjan huwa li meta nlestu l-proġett ħolistiku kollu taż-żona ta’ Marsamxett din ser tkun waħda mill-isbaħ żoni tal-Belt kapitali tagħna.”

 Il-Ministru Ian Borg qal li dan l-investiment mhux biss investiment għal skop ta’ tisbieħ biss imma investiment fil-wirt arkittetoniku u fil-wirt kulturali ta’ pajjiżna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *