Mara ssofri ġrieħi serji wara li waqgħet minn gallarija f’Għawdex – One News

Notifiki

Mara ssofri ġrieħi serji wara li waqgħet minn gallarija f’Għawdex

Ġermaniża ta’ 53 sena isofri ġrieħi serji wara li waqgħet minn gallarija.

Il-każ seħħ kmieni filgħodu għall-ħabta tas-siegħa minn gallarija ta’ appartament li tinsab fit-tielet sular fi Triq il-Qsajjem, il-Munxar, Għawdex.

Il-Ġermaniża ttieħdet l-Isptar Ġenerali t’Għawdex u ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta maġisterjali mill-Maġistrat tal-Għassa Brigitte Sultana.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend