Indjan ta’ 27 sena li joqgħod l-Imsida ngħata sentenza ta’ seba’ xhur ħabs sospiżi għal sena wara li seraq basket minn karozza.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Ryan Vella qal kif il-Ġimgħa daħal rapport li raġel seraq basket minn ġo karozza fi Triq il-Gandoffli f’San Pawl il-Baħar.
L-ispettur qal kif wara investigazzjonijiet li saru dan ir-raġel instab mill-pulizija viċin din il-karozza.
Id-difiża qalet li l-imputat għandu jingħata sentenza sospiża hekk kif dan ammetta mal-ewwel u kkopera mal-pulizija.
L-imputat wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.