Il-kantanta Maltija Janice Mangion nediet il-kanzunetta Sajjetta fil-Bnazzi li tagħha hija kitbet il-lirika, b’Mark Scicluna u Cyprian Cassar risponsabbli għall-mużika u l-produzzjoni.
Il-messaġġ ta’ din il-kanzunetta huwa wieħed li kulħadd faċli jirrelata miegħu għaliex il-ħajja jaf tkun miexja ħarir, u f’sekonda, kollox idur ta’ taħt fuq.
“Din il-kanzunetta ktibta proprju f’dawn iż-żminijiet daqstant diffiċli, meta irrealizzajt kemm fil-ħajja ċerti affarijiet jinqalgħu mingħajr ma wieħed ikun qiegħed jistennihom. mGħalhekk it-titlu, Sajjetta fil-Bnazzi. Irridu nitgħalmu napprezza aktar il-ħajja u n-nies li aħna mdawrin bihom għax malajr iqum rifnu u jtajjar kollox. B’mod ċar għall-aħħar, din il-pandemija urietna li mis-sema l-isfel kulħadd l-istess”, qalet Janice Mangion.
Isma’ l-kanzunetta: