Claudio Grech inkonsistenti u issa jrid li l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ DCG tingħalaq malajr – One News

Notifiki

Claudio Grech inkonsistenti u issa jrid li l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ DCG tingħalaq malajr

Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech qal li l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia għandha tingħalaq malajr kemm jista’ jkun.

Claudio Grech saħaq dan waqt l-konferenza annwali ta’ EY ‘Future Realized’, li ddiskutiet anki passi importanti li għandu jieħu l-pajjiż biex jibqa’ jattira l-investiment lejn Malta.

Grech qal, “I strongly appeal to not just to my colleagues in the Opposition party but also to the members of the Government that we need to first of all bring rapid closure to the terrible assassination of the journalist Daphne Caruana Galizia. Let’s bring that to closure.”

Dak li qal Claudio Grech ġie rrappurtat bi prominenza mill-istazzjon Nazzjonalista fuq NET News.

Fil-fatt NET News irrapporta li Claudio Grech saħaq ukoll fuq l-importanza li tkun finalizzata kemm jista’ jkun malajr l-inkjesta pubblika tal-qtil ta’ Caruana Galizia.

Dak li qal Grech huwa inkonsistenti ma’ dak li qalu membri ewlenin fil-fazzjoni ta’ Simon Busuttil li issa għandhom ir-riedni tal-Partit Nazzjonalista, b’Bernard Grech bħala Kap.

Fil-fatt fi żmien li anki kien għadu kandidat għal Kap Nazzjonalista, Grech kien qed jgħid li hu jrid li l-inkjesta pubblika tibqa’ tinstema’ sakemm hemm bżonn.

Għal dan, Bernard Grech sab l-appoġġ ta’ esponenti ewlenin fl-establishment Nazzjonalista, fosthom Jason Azzopardi li kien minn ta’ quddiem li ħeġġu biex joħroġ għal Kap tal-Partit Nazzjonalista flok Adrian Delia.

Fuq l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, il-Prim Ministru kien stqarr li fost it-termini maqbula mal-familja Caruana Galizia, l-inkjesta kellha tingħalaq f’disa’ xhur.

Dr. Abela kien spjega kif l-imħallfin talbuh biex din tiġi estiża sa Diċembru u dan huwa qabel miegħu, madankollu, kien għamilha ċara li din ser tkun l-unika estensjoni hekk kif il-Gvern ta r-riżorsi kollha tiegħu biex issir din l-inkjesta.

Il-Prim Ministru sostna, “Jien nappella f’kull inkjesta, kull proċess ġudizjarju għall-ispeditezza. M’għandekx għax tkaxkar inti biex issir il-ġustizzja. Iktar ma ttawwal, iktar issir il-ħsara.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend