Notifiki

BIL-FILMAT: Manchè jsemmi l-partijiet privati tat-tfal biex jopponi l-emendi fil-liġi tal-ugwaljanza

Fi programm imxandar fuq l-istazzjon Smash, il-pastor Dr. Gordon-John Manchè ħadha qatta bla ħabel kontra emendi fil-liġi tal-ugwaljanza li l-Gvern irid idaħħal biex tingħeleb iżjed diskriminazzjoni anki fuq persuni b’orjentazzjonijiet sesswali differenti, inkluż fl-iskejjel.

Manchè spiċċa juża ċertu kliem biex juri l-oppożizzjoni għall-fatt li t-tfal jibdew jagħrfu l-orjentazzjoni sesswali tagħhom.

Skont hu fl-iskejjel, it-tfal ħa jispiċċaw jitgħallmu, il-perverżjoni tas-sesswalità.

Manchè qal, “U l-boy, skużi l-espressjoni, mhux ħa nidgħi imma ħa jkolli ngħidha, jekk id-duda tiċċaqlaqlu, jista’ joqgħod imissha biex forsi titlalu, jekk il-girl tħoss xi ħaġa, il-girl tista’ toqgħod tmiss lilha nnifisha u jekk ħaddieħor imissha, dak allura naturali.”

Ftit iżjed minn minuta wara dan id-diskors, mistiedna fuq il-programm qalet li ġisimha qed iqum xewk xewk.

“Jiena qed nisma’ l-pastor hawnhekk u ġismi qed iqum xewk xewk litteralment pastor.” Qalet waħda mill-mistiedna.

Skont Manchè, l-emendi fil-liġi tal-ugwaljanza se jikkorrompu l-innoċenza tat-tfal.

“U li jadvokaw liġijiet u prinċipji ta’ taħwid fil-gender, fl-ideoloġija tal-gender li jridu jdaħħlu fl-iskejjel u jispiċċaw jikkorrompu u jirrapjaw, jirrapjaw, u jirrapjaw l-innoċenza tat-tfal.” Qal Manchè.

Manchè qal ukoll lill-politiċi biex jerħu lit-tfal.

Hu qal, “Pero li inti tbagħbas it-tfal, qed ngħidilkom Ministri, Parlamentari, Prim Ministru, f’isem Ġesù Kristu, erħu lit-tfal tagħna waħidhom.”

Intant Manchè qal li l-omosesswali mhumiex l-iktar nies ibbuljati.

Hu qal, “Infatti hija riċerkata, l-iktar nies ibbuljati mhumiex l-LGBT.”

Ftit tal-jiem ilu, il-Papa Franġisku ġie rappurtat isemmi l-unjoni ċivili għall-koppji tal-istess stess iżda fuq il-programm li xxandar fuq it-televiżjoni qabel, spikka diskors konfrontattiv fuq persuni omosesswali.

Manchè qal, “Ma nħossnix komdu nagħmel kejk, sewwa? Ta’ żwieġ, għax jiena ma nemminx fiż-żwieġ ta’ gays pereżempju, bħal ma jemmnux ħafna eluf anki f’pajjiżna u jiena ma nħossnix komdu nagħmillek kejk ta’ żewġt irġiel miżżewġin jew żewġ nisa miżżewġin, ma nħossnix komdu.” Hu kompla jgħid, “Jiena mhux ħa nżewweġ raġel u ragel, żgur u qatt! U lanqas mara u mara, żgur u qatt! Sewwa? Mela xi ħadd tiġi koppja fuqi u tgħidli rridu lilek li inti żżewwiġna. Ngħidlu no way, jose, mur fittex, ħabbat bieb ieħor. Mur fittex xi pulċinell ieħor, iżewwiġkom.”

Hu kompla jgħid, “Dan irid is-servizz, pereżempju jien naf ta’ funeral, xi ħadd mietlu l-boyfriend tiegħu jew il-girlfriend tagħha, jiena ma nemminx dawk l-affarijiet, I’m sorry lili tinkludiniex.”

Fil-programm spikka wkoll talb minn Manchè biex iqaċċat nies mill-Parlament favur l-emendi fil-liġi tal-ugwaljanza.

Hu qal, “Tqaċċathom minn pożizzjoni, sew jekk humiex fil-Parlament, sew jekk humiex f’postijiet prominenti, sew jekk humiex minn postijiet pubbliċi.”

Fil-program spiċċa jgħid ukoll li jekk il-Mulej jagħtas, Malta tisparixxi.

“Il-Mulej iħenn għal dan il-pajjiż għax allaħares jagħtas il-Mulej għaliex Malta tisparixxi” saħaq Manchè.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Dan ta’manche kollu paroli fil-vojt għax la hu, la l-ebda gvern u lanqas l-ebda knisja u reliġjon mhi ser twaqqaf lit tfal li meta jikbru jagħmlu li jkunu jridu. Huma ser isegwu dak li tkun ħejjiet għalihom in-natura kif wara kollox dejjem sar anki jekk qabel kien ikun kollox moħbi.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend