ARA: It-teatru Manoel jerġa’ jiftaħ biż-żamma tad-distanza soċjali – One News

Notifiki

ARA: It-teatru Manoel jerġa’ jiftaħ biż-żamma tad-distanza soċjali

It-teatru Manoel reġa’ fetaħ il-bibien għall-pubbliku fejn bdew isiru rappreżentazzjonijiet fuq il-palk.

Il-Ġimgħa filgħaxija, fuq il-palk prestiġjuż tat-teatru Manoel ittellgħet serata klassika minn Nicola Said.

Din kienet l-ewwel serata sa minn Marzu hekk kif l-arti qed tirritorna fuq il-palk tat-teatru mibni fi żmien il-Kavallieri.

Kif jixhdu r-ritratti, it-teatru Manoel fetaħ fejn inżammet id-distanza soċjali.

It-teatru Manoel se jkollu aktar minn dawn it-tip ta’ preżentazzjonijiet miftuħa għall-pubbliku iżda l-postijiet huma limitati minħabba ż-żamma tad-distanza soċjali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend