Malta għandha t-tieni l-ogħla rata ta’ ttestjar għall-Covid-19 fl-Ewropa – One News

Notifiki

Malta għandha t-tieni l-ogħla rata ta’ ttestjar għall-Covid-19 fl-Ewropa

Statistika maħruġa miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u Kontroll tal-Mard tpoġġi lil Malta bit-tieni l-ogħla rata ta’ ttestjar għall-Covid-19 fl-Ewropa.

Fil-fatt skont din l-informazzjoni uffiċjali, Malta tinsab wara l-Lussemburgu u qabel pajjiżi oħra bħar-Renju Unit, il-Belġju u l-Finlandja.

Minn din l-informazzjoni jirriżulta wkoll li pajjiżna għandu t-tlettax l-ogħla rata ta’ ttestjar għall-Coronavirus fid-dinja.

Skont informazzjoni riċenti sal-ħdax t’Ottubru li għadda stess, pajjiżna wettaq tlett elef, tliet mija u sitta u tletin test għal kull mitt elf persuna.

Permezz ta’ investiment fil-qasam tas-saħħa, ta’ kuljum pajjiżna qed jagħmel viċin it-tliet elef test għall-Covid-19.

L-awtoritajiet tas-saħħa kontinwament qed jappellaw lill-Maltin ikomplu jittestjaw ruħhom, għax dan huwa l-aħjar mod kif iżżomm kontroll fuq l-imxija.

Minn nhar l-Erbgħa li ġej, f’Malta se tiġi introdotta sistema ġdida ta’ ttestjar li tagħti riżultat f’qasir żmien, li se tintuża fl-ajruport kif ukoll fl-iskejjel u d-djar tal-anzjani fost oħrajn.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend